
It-tfal kellhom sorpriża ftit wara t-talba ta’ filgħodu għaliex ġie jżurna l-iskola Fonzu l-Fenek. Dan Fonzu jiekol il-ħaxix, skola ma jfallix, jilgħab il-ballun, imur jorqod fit-tmienja u fis-sebgħa jerġa’ jqum.

It-tfal għamlu wegħda li se jibdew jieklu frott u ħaxix kuljum u anke jagħmlu aktar eżerċizzju biex ikunu aktar b’saħħithom.

Kellna ħafna brijju u żfin ma’ Fonzu. Grazzi Fonzu!!!
